17.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Hartmann-Lamboy vs UASI — Diptyque (DYNIQUE)
(Kawża T-305/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Kommunitarja verbali DYNIQUE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DIPTYQUE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 207/2009)
2012/C 80/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Marlies Hartmann-Lamboy (Westerburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Loos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement minn G. Schneider, aġenti)
Parti oħra quddiem il Bord tal Appel tal-UASI: Diptyque SAS (Pariġi, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2010 (Każ R 1217/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diptyque SAS u Marlies Hartmann-Lamboy.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Marlies Hartmann-Lamboy hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy