26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt vs UASI — Castel Frères (CASTEL)
(Kawża T-320/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali CASTEL - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ammissibbiltà - Raġuni assoluta għal rifjut mhux invokat quddiem il-Bord tal-Appell - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 313/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell (Castell, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger u T. Wittmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentanti: P. Geroulakos et G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Castel Frères SAS (Blanquefort, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2010 (Każ R 962/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell u Castel Frères SAS.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Mejju 2010 (Każ R 962/2009-2) hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell.
(3)
Castel Frères SAS għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 260, 25.9.2010.
Full & Egal Universal Law Academy