31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — SA.PAR. vs UASI — Salini Costruttori (GRUPPO SALINI)
(Kawża T-321/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali GRUPPO SALINI - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 252/46
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: SA.PAR. Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bussoletti u G. Petrocchi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Mannucci u P. Bullock, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Salini Costruttori SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: C. Bellomunno u S. Troilo, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ April 2010 (Każ R 219/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Salini Costruttori SpA u SA.PAR. Srl,
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
SA.PAR. Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 25.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy