6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/6
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi Design et (Rappreżentazzjoni ta’ superfiċje b’tikek suwed)
(Kawżi T-331/10 RENV u T-416/10 RENV) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks Komunitarji figurattivi li jirrappreżentew superfiċje b’tikek suwed - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 221/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yoshida Metal Industry Co. Ltd (Tsubame-shi, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pi-Design AG (Triengen, l-Isvezja); Bodum France (Neuilly-sur-Seine, Franza); u Bodum Logistics A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentanti: H. Pernez u R. Löhr, avukati)
Suġġett
Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każijiet R 1235/2008-1 u R 1237/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjonijiet ta’ invalidità bejn Pi-design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S, minn naħa, u Yoshida Metal Industry Co. Ltd, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Yoshida Metal Industry Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Pi-Design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S, quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
(1) ĠU C 274, 9.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy