25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Leifheit vs UASI — Vermop Salmon (Twist System)
(Kawża T-334/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Twist System - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti TWIX u TWIXTER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 258/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken, O. Sude u M. Ring, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Mejju 2010 (Każijiet magħquda R 924/2009-1 u R 1013/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vermop Salmon GmbH u Leifheit AG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Leifheit AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy