1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2013 — Adelholzener Alpenquellen vs UASI (Forma ta’ flixkun b’disinn intaljat)
(Kawża T-347/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun b’disinn intaljat - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ dikjarazzjoni fuq il-limitu tal-protezzjoni - Artikolu 37(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2013/C 156/67
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Adelholzener Alpenquellen GmbH (Siegsdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Rauscher u C. Onken, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement minn A. Schifko, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1516/2009-1), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali rrappreżentat f’forma ta’ flixkun b’disinn intaljat bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Adelholzener Alpenquellen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy