23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2012 — Panzeri vs UASI — Royal Trophy (Royal Veste e premia lo sport)
(Kawża T-348/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Royal Veste e premia lo sport - Trade marks Komunitarji u internazzjonali verbali preċedenti veste lo sport - Trade mark figurattiva preċedenti mhux irreġistrata panzeri veste lo sport - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 184/18
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Panzeri (Monguzzo, l-Italja) (rappreżentant: C. Galli, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Royal Trophy Srl (Cava de Tirreni, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każ R988/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Luigi Panzeri u Royal Trophy Srl.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każ R 988/2009-1) hija annullata.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy