12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2011 — Nike International vs UASI — Deichmann (VICTORY RED)
(Kawża T-356/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali VICTORY RED - Trade marks internazzjonali u nazzjonali verbali preċedenti Victory - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 331/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nike International Ltd (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Mejju 2010 (Każ R 1309/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deichmann SE u Nike International Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Nike International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy