4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 Il-Kummissjoni vs Pachtitis
(Kawża T-361/10 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami bil-miktub wara r-riżultat miksub fit-testijiet ta’ ammissjoni - Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla)
2012/C 32/46
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u I. Chatzigiannis, aġenti, sussegwentement J. Currall, assistiti minn E. Antypas u E. Bourtzalas, avukati)
Partijiet oħra fil-proċeduri: Dimitrios Pachtitis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: P. Giatagantzidis u K. Kyriazi, avukati); u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010, Pachtitis vs Il-Kummissjoni (F-35/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Dimitrios Pachtitis fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 301, 6.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy