9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Rubinetteria Cisal vs Il-Kummisjoni
(Kawża T-368/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijakk tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Kunċett ta’ ksur - Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-2002 - Kooperazzjoni - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Assenza ta’ kapaċità kontributtiva)
2013/C 325/39
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Rubinetteria Cisal SpA (Alzo Frazione di Pella, l-Italja) (rappreżentant: M. Pinnarò u P. Santer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u L. Malferrari, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba bil-għan, prinċipalment, tal-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju) sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa impost fuqha.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Rubinetteria Cisal SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy