4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2012 — Bolloré vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-372/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karta saħħara - Iffissar tal-prezzijiet - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament tal-ewwel deċiżjoni - Imputazzjoni tal-ksur lill-kumpannija parent, fil-kapaċità tagħha bħala awtur dirett - Legalità tar-reati u tal-pieni - Ċertezza legali - Individwalità tal-pieni - Smigħ xieraq - Ugwaljanza fit-trattament - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża - Multi - Preskrizzjoni - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)
2012/C 235/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bolloré (Ergué-Gabéric, Franza) (rappreżentanti: P. Gassenbach, C. Lemaire u O. de Juvigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament jew bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4160 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/36.212 — Karta saħħara).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Bolloré hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010
Full & Egal Universal Law Academy