9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Hansa Metallwerke et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-375/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni - Tnaqqis tal-ammont tal-multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Nuqqas ta’ retroattività)
2013/C 325/41
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hansa Metallwerke AG (Stuttgart, il-Ġermanja); Hansa Nederland BV (Nijkerk, il-Pajjiżi l-Baxxi); Hansa Italiana Srl (Castelnuovo del Garda, l-Italja) Hansa Belgium (Asse, il-Belġju); u Hansa Austria GmbH (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: H.-J. Hellmann u C. Malz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u F. Florindo Gijón, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Hansa Metallwerke AG, Hansa Nederland BV, Hansa Italiana Srl, Hansa Belgium u Hansa Austria GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 301 6.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy