9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Masco et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-378/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur uniku)
2013/C 325/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Masco Corp. (Michigan, l-Istati Uniti); Hansgrohe AG (Schiltach, il-Ġermanja); Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH (Schiltach); Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH (Wiener Neudorf, l-Awstrija); Hansgrohe SA/NV (Brussell, il-Belġju); Hansgrohe BV (Westknollendam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Hansgrohe SARL (Antony, Franza); Hansgrohe SRL (Villanova d’Asti, l-Italja); Hüppe GmbH (Bad Zwischenahn, il-Ġermanja); Hüppe Ges.mbH (Laxenburg, l-Awstrija); Hüppe Belgium SA (Woluwé Saint-Étienne, il-Belġju); u Hüppe BV (Alblasserdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Schroeder, S. Heinz, avukati, u J. Temple Lang, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn B. Kennelly, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn il-Kummissjoni qieset li r-rikorrenti kienu pparteċipaw fi ksur uniku u kumpless fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Masco Corp., Hansgrohe AG, Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH, Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH, Hansgrohe SA/NV, Hansgrohe BV, Hansgrohe SARL, Hansgrohe SRL, Hüppe GmbH, Hüppe Ges.mbH, Hüppe Belgium SA u Hüppe BV huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 301, 6.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy