9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-379/10 u T-381/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Tul tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)
2013/C 325/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Keramag Keramische Werke AG (Ratingen, il-Ġermanja); Koralle Sanitärprodukte GmbH (Vlotho, il-Ġermanja); Koninklijke Sphinx BV (Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi); Allia SAS (Avon, Franza); Produits Céramique de Touraine SA (Selles-sur-Cher, Franza); Pozzi Ginori SpA (Milano, l-Italja) (Kawża T-379/10); Sanitec Europe Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (Kawża T-381/10) (rappreżentanti: J. Killick, barrister, I. Reynolds, solicitor, u P. Lindfelt u K. Struckmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn B. Kennelly, barrister)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Il-punt 6 tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea fih tikkonkludi li, minn naħa, Allia SAS u Produits Céramique de Touraine SA pparteċipaw fi ksur relatat ma’ akkordju fis-suq Franċiż għal perijodu inkluż bejn il-25 ta’ Frar 2004 u d-9 ta’ Novembru 2004 u, min-naħa l-oħra, Pozzi Ginori SpA ipparteċipat fi ksur relatat ma’ akkordju fis-suq Taljan għal perijodu minbarra dak inkluż bejn l-14 ta’ Mejju 1996 u d-9 ta’ Marzu 2001.
(2)
L-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni C(2010) 4185 finali huwa annullat sa fejn l-ammont totali tal-multa imposta fuq Keramag Keramische Werke AG, fuq Koralle Sanitärprodukte GmbH, fuq Koninklijke Sphinx BV, fuq Pozzi Ginori SpA u fuq Sanitec Europe Oy taqbeż EUR 50 580 701.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Keramag Keramische Werke, Koralle Sanitärprodukte, Koninklijke Sphinx, Allia, Produits Céramique de Touraine, Pozzi Ginori u Sanitec Europe għandhom ibatu tliet kwarti mill-ispejjeż tagħhom stess.
(5)
Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż sostnuti minn Keramag Keramische Werke, minn Koralle Sanitärprodukte, minn Koninklijke Sphinx, minn Allia, minn Produits Céramique de Touraine, minn Pozzi Ginori u minn Sanitec Europe, kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy