14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Nedri Spanstaal vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-391/10) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ kwoti u ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Dħul mill-bejgħ rilevanti - Kooperazzjoni maul il-proċedura amministrattiva - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”))
(2015/C 302/42)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Nedri Spanstaal BV (Venlo, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment M. Slotboom u B. Haan, sussegwentement M. Slotboom, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, S. Noë u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nedri Spanstaal BV għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 301, 6.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy