9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)
(Kawża T-392/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC CASH - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 204/41
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Euro-Information — Européenne de traitement de l’information (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 892/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EURO AUTOMATIC CASH bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Euro-Information — Européenne de traitement de l’information hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 6.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy