9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Zucchetti Rubinetteria vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-396/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Kunċett ta’ ksur - Ksur uniku - Suq rilevanti - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità - Koeffiċjenti)
2013/C 325/47
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Zucchetti Rubinetteria SpA (Gozzano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Condinanzi, P. Ziotti u N. Vasile, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u L. Malferrari, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Ruggeri Laderchi u A. De Matteis, sussegwentement minn F. Ruggeri Laderchi, avukati)
Suġġett
Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-kanċellament jew it-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuqha.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Zucchetti Rubinetteria SpA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 301, 6.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy