20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/7
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2012 — National Lottery Commission vs UASI — Mediatek Italia u De Gregorio (Rappreżentazzjoni ta’ id)
(Kawża T-404/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta id - Artikolu 53(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżistenza ta’ drittijiet tal-awtur preċedenti mħarsa mil-liġi nazzjonali - Oneru tal-prova - Applikazzjoni tal-liġi nazzjonali mill-UASI - Eżami)
2012/C 319/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: National Lottery Commission (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Mannucci u J. Crespo Carrello, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Mediatek Italia Srl (Napoli, l-Italja) u Giuseppe De Gregorio (Napoli, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 1028/2009-1), tad-9 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Mediatek Italia Srl u Giuseppe De Gregorio u, min-naħa l-oħra, in-National Lottery Commission.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (Każ R 1028/2009-1), tad-9 ta’ Ġunju 2010, hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti min-National Lottery Commission fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy