10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2012 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-407/10) (1)
(Fondi strutturali - Għajnuna finanzjarja - Linja tal-ferrovija Budapest-Kelenföld-Székesfehérvár-Boba - VAT - Nefqa mhux eliġibbli)
2012/C 343/24
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė, D. Triantafyllou u V Bottka, aġenti)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Lulju 2010, dwar il-proġett maġġuri intitolat “Bini mill-ġdid tal-linja tal-ferrovija Budapest-Kelenföld-Székesfehérvár-Boba, l-ewwel taqsima, l-ewwel fażi” u li jagħmel parti mill-programm operattiv “Trasport” li jipprevedi għajnuna strutturali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u tal-Fond ta’ Koeżjoni (CCI 2008HU161PR015).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy