9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-408/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità tal-ksur - Koeffiċjenti - Ċirkustanzi attenwanti - Tnaqqis tal-ammont tal-multa - Valur miżjud sinjifikattiv)
2013/C 325/48
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo u M. Merola, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement M. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Roca Sanitario, SA, fl-Artikolu 2(4)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa ta’ EUR 6 298 000.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, terz mill-ispejjeż sostnuti minn Roca Sanitario.
(4)
Roca Sanitario għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 301, 6.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy