9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Laufen Austria vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-411/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Imputabbiltà ta’ aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità tal-ksur - Koeffiċjenti - Ċirkustanzi attenwanti - Kriżi ekonomika - Pressjoni eżerċitata mill-grossisti - Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 - Tnaqqis tal-ammont tal-multa - Valur miżjud sinjifikattiv)
2013/C 325/49
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Laufen Austria AG (Wilhemsburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: E. Navarro Varona u L. Moscoso del Prado González, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Laufen Austria AG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 301, 6.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy