9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Roca vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-412/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kriżi ekonomika - Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 - Tnaqqis fl-ammont tal-multa - Valur miżjud sinjifikanti)
2013/C 325/50
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Roca (Saint Ouen L’Aumone, Franza) (rappreżentant: P. Vidal Martínez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 2(4)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ffissat l-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Roca mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-kooperazzjoni tagħha.
(2)
L-ammont tal-multa imposta fuq Roca fl-Artikolu 2(4)(b) tad-deċiżjoni C(2010) 4185 finali huwa ta’ EUR 6 298 000.
(3)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
(4)
Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz mill-ispejjeż ta’ Roca.
(5)
Roca għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 301, 6.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy