14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – voestalpine u voestalpine Wire Rod Austria vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-418/10) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur uniku, kumpless u kontinwu - Kuntratt ta’ aġenzija - Imputabbiltà lill-prinċipal tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tal-aġent - Assenza ta’ għarfien mill-prinċipal tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tal-aġent - Parteċipazzjoni f’komponent tal-ksur u għarfien tal-pjan globali - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Ġurisdizzjoni sħiħa”))
(2015/C 302/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: voestalpine AG (Linz, l-Awstrija); u voestalpine Wire Rod Austria GmbH, li kienet voestalpine Austria Draht GmbH (Sankt Peter-Freienstein, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Ablasser-Neuhuber, G. Fussenegger, U. Denzel u M. Mayer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer, V. Bottka u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011.
Dispożittiv
1)
Il-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010 u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, huwa annullat.
2)
L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq voestalpine AG u fuq voestalpine Wire Rod Austria GmbH huwa mnaqqas minn EUR 22 miljun għal EUR 7,5 miljuni.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ voestalpine u ta’ voestalpine Wire Rod Austria.
5)
Voestalpine u voestalpine Wire Rod Austria għandhom ibatu terz tal-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 301, 6.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy