19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 — Cooperativa Vitivinícola Arousana vs UASI — Sotelo Ares (ROSALIA DE CASTRO)
(Kawża T-421/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROSALIA DE CASTRO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROSALIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali fuq il-livell kunċettwali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 340/39
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega (Meaño, Spanja) (rappreżentant: E. Sánchez-Quiñones González, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: María Constantina Sotelo Ares (Cambados, Spanja) (rappreżentant: C. Lema Devesa, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1804/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn María Constantina Sotelo Ares u l-Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy