14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Redaelli Tecna vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-423/10) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Terminu raġonevoli”))
(2015/C 302/49)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Redaelli Tecna SpA (Milano, it-Taljan) (rappreżentanti: R. Zaccà, M. Todino, E. Cruellas Sada u S. Patuzzo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: initialement B. Gencarelli, L. Prete u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka, G. Conte u P. Rossi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Redaelli Tecna SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy