17.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2012 — Dosenbach-Ochsner vs UASI — Sisma (Rappreżentazzjoni ta’ iljunfanti f’rettangolu)
(Kawża T-424/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta iljunfanti f’rettangolu - Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw iljunfant u trade mark nazzjonali verbali preċedenti elefanten - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv tat-trade marks preċedenti)
2012/C 80/28
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Dosenbach-Ochsner AG Schuhe und Sport (Dietikon, l-Isvizzera) (rappreżentant: O. Rauscher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sisma SpA (Mantova, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1638/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dosenbach-Ochsner AG Schuhe und Sport u Sisma SpA.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1638/2008-4) hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Dosenbach Ochsner AG Schuhe und Sport.
(3)
Sisma SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy