4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Allen et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-433/10 P) (1)
(Appell - Persunal impjegat fl-impriża komuni JET - Applikazzjoni ta’ status ġuridiku differenti minn dak ta’ membru tal-persunal temporanju - Kumpens għad-dannu materjali miġrub - Termini ta’ rikors - Dewmien - Terminu raġonevoli)
2012/C 32/48
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: John Allen (Horspath, ir-Renju Unit) u l-109 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: K. Lasok, QC, u B. Lask, barrister)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2010, Allen et vs Il-Kummissjoni (F-103/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiz għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
J. Allen u l-109 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010
Full & Egal Universal Law Academy