28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2012 — Kurrer et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-441/10 P sa T-443/10 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad matul ir-reklutaġġ - Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ trattament ugwali)
2012/C 126/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Christian Kurrer (Watermael-Boitsfort, il-Belġju) (Kawża T-441/10 P); Salvatore Magazzu (Brussell, il-Belġju) (Kawża T-442/10 P); u Stefano Sotgia (Dublin, l-Irlanda) (Kawża T-443/10 P) (rappreżentant M. Velardo, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Tliet appelli mis-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-8 ta’ Lulju 2010, Magazzu vs Il-Kummissjoni (F-126/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), Sotgia vs Il-Kummissjoni (F-130/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u Kurrer vs Il-Kummissjoni (F-139/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiżi għall-annullament ta’ dawn is-sentenzi.
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
Christian Kurrer, Salvatore Magazzu u Stefano Sotgia għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy