19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Dow AgroSciences u Dintec Agroquímica – Produtos Químicos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-446/10) (1)
([“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva trifluralin - Nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Regolament (KE) Nru 33/2008 - Proċedura aċċellerata ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”])
(2015/C 346/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dow AgroSciences Ltd (Hitchin, ir-Renju Unit); u Dintec Agroquímica – Produtos Químicos, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Ondrůšek u F. Wilman, sussegwentement minn P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/355/UE, tal-25 ta’ Ġunju 2010, dwar li ma għandux jiġi inkluż trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 160, p. 30).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dow AgroSciences u Dintec Agroquímica – Produtos Químicos, Lda għandhom ibatu, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 346, 18.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy