14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Pukka Luggage vs UASI — Azpiroz Arruti (PUKKA)
(Kawża T-483/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUKKA - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi li fihom l-element verbali pukas - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni)
2012/C 13/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Pukka Luggage Company Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Gilbert u M. Blair, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Jesús Miguel Azpiroz Arruti (Saint-Sébastien, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1175/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jesús Miguel Azpiroz Arruti u The Pukka Luggage Company Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
The Pukka Luggage Company Ltd hija kkundannata għall-ipejjeż.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy