4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-488/10) (1)
(FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique - Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 93/37/KEE - Kunċett ta’ ‘sussidju dirett’ - Kunċett ta’ ‘tagħmir sportiv, rikreattiv u ta’ divertiment’ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
2012/C 32/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 5229, tat-28 ta’ Lulju 2010, dwar it-tneħħija parzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), abbażi ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-objettiv 1 għal intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique fi Franza.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 13, 15.1.2011.
Full & Egal Universal Law Academy