9.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2012 — Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill
(Kawża T-509/10) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bl-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Kompetenza tal-Kunsill - Użu ħażin ta’ poter - Dħul fis-seħħ - Nuqqas ta’ retroattività - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ liġi - Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari - Żball ta’ evalwazzjoni)
2012/C 165/31
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: F. Esclatine u S. Perrotet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u É. Cujo, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Il-Qorti Ġenerali ma hijiex kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar it-tieni parti tal-ewwel motiv.
(2)
Sa fejn jikkonċernaw lil Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, huma annullati:
—
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK;
—
ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;
—
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413;
—
ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 423/2007.
(3)
L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413 kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644 jibqgħu fis-seħħ sa fejn jikkonċernaw lil Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, wara d-dħul fis-seħħ tagħha, jiġifieri fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sad-data effettiva tal-annullament tar-Regolament Nru 961/2010.
(4)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran.
(5)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 346, 18.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy