25.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 58/8
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2012 — Hamberger Industriewerke vs UASI (Atrium)
(Kawża T-513/10) (1)
(Trade mark komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Atrium - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 58/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hamberger Industriewerke GmbH (Stephanskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner u R. Manea, wara G. Schneider, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-26 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 291/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “Atrium” bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Hamberger Industriewerke GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 13, 15.1.2011
Full & Egal Universal Law Academy