28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2012 — Fruit of the Loom vs UASI — Blueshore Management (FRUIT)
(Kawża T-514/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali FRUIT - Nuqqas ta’ użu - Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 227/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fruit of the Loom, Inc. (Bowling Green, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u V. Marsland, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement G. Schneider, sussegwentement D. Botis, u finalment J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Blueshore Management SA (Cernusco Sul Naviglio, l-Italja) (rappreżentanti: S. Corona u G. Ciccone, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Awwissu 2010 (Każ R 1686/2008-4), dwar proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ revoka bejn Blueshore Management SA u Fruit of the Loom, Inc.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Fruit of the Loom, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-UASI.
(3)
Blueshore Management SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 13, 15.1.2011
Full & Egal Universal Law Academy