4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Häfele vs UASI (Vorfront)
(Kawża T-531/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Vorfront - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 32/50
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement R. Manea, u finalment A. Pohlmann, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Settembru 2010 (Każ R 570/2010-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Vorfront bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Häfele GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 30, 29.1.2011
Full & Egal Universal Law Academy