1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-533/10) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku ta’ xandir - Għajnuna li Spanja qiegħda tippjana li timplementa favur RTVE - Bidla tas-sistema ta’ finanzjament - Sostituzzjoni tad-dħul mir-reklamar b’taxxi ġodda fuq l-operaturi ta’ televiżjoni u ta’ telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Miżura fiskali li tikkostitwixxi l-mod ta’ finanzjament tal-għajnuna - Eżistenza ta’ rabta ta’ allokazzjoni neċessarja bejn it-taxxa u l-għajnuna - Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna - Proporzjonalità”))
2014/C 292/32
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA (Tres Cantos, Spanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u M. Ganino, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-rikorrenti: Telefónica de España, SA (Madrid, Spanja); u Telefónica Móviles España, SA (Madrid) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Rodríguez Cárcamo u M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Centeno Huerta u N. Díaz Abad, sussegwentement minn N. Díaz Abad u finalment minn M. Sampol Pucurull, abogados del Estado); u Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE) (Madrid) (rappreżentanti: A. Martínez Sánchez u J. Rodríguez Ordóñez, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/1/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat C 38/09 (ex NN 58/09) li Spanja qiegħda tippjana li timplimenta għall-Corporación de Radio y Televisión Española (RTVE) (ĠU 2011 L 1, p. 9)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, l-ispejjeż ta’ Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE), inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, ħlief l-ispejjeż li din tal-aħħar sostniet minħabba l-intervent ta’ Telefónica de España, SA u ta’ Telefónica Móviles España, SA.
3)
Telefónica de España u Telefónica Móviles España għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u, in solidum, l-ispejjeż li l-Kummissjoni sostniet minħabba l-intervent tagħhom.
4)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011.
Full & Egal Universal Law Academy