21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI — Garmo (GAZI Hellim)
(Kawża T-535/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GAZI Hellim - Trade mark Komunitarja kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 217/42
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: inizjalment C. Milbradt u H. Van Volxem, sussegwentement C. Milbradt u A. Schwarz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Garmo AG (Stuttgart, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1497/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias u Garmo AG.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1497/2009-4), hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011.
Full & Egal Universal Law Academy