12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2012 — Omya vs UASI — Alpha Calcit (CALCIMATT)
(Kawża T-547/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CALCIMATT - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CALCILAN - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut ta’ reġistrazzjoni)
2012/C 138/31
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Omya AG (Oftringen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: F. Kuschmirek u V. Dalichau, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment D. Botis, sussegwentement R. Manea, u fl-aħħar G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Hauck, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1370/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbH u Omya AG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Omya AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011
Full & Egal Universal Law Academy