26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Fri-El Acerra vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-551/10) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Sussidju previst għall-akkwist u għall-konverżjoni ta’ impjant termoelettriku f’impjant ta’ enerġija elettrika li titħaddem bil-bijokombustibbli - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Applikazzjoni ratione temporis tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali - Aspettattivi leġittimi - Effett ta’ inċentiv)
2013/C 313/38
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Fri-El Acerra Srl (Acerra, l-Italja) (rappreżentanti: M. Todino u P. Fattori, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u P. Manzini, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/110/UE, tal-15 ta’ Settembru 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 8/09 (ex N 357/08) li l-Italja beħsiebha tagħti lil Fri-El Acerra Srl (ĠU 2011, L 46, p. 28).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Fri-El Acerra Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 30, 29.1.2011.
Full & Egal Universal Law Academy