8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2012 — riha vs UASI– Lidl Stiftung (VITAL&FIT)
(Kawża T-552/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VITAL&FIT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VITAFIT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2012/C 379/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: riha Richard Hartinger Getränke GmbH & Co. Handels-KG (Rinteln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u D. Walicka, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schaeffer u A. Marx, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 1229/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lidl Stiftung & Co. KG u riha Richard Hartinger Getränke GmbH & Co. Handels-KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
riha Richard Hartinger Getränke GmbH & Co. Handels-KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 30, 29.1.2011
Full & Egal Universal Law Academy