7.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — JBF RAK vs Il-Kunsill
(Kawża T-555/10) (1)
(Sussidji - Importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Iran, mill-Pakistan u mill-Emirati Għarab Magħquda - Dazju kumpensatorju definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju - Artikolu 11(8), Artikolu 15(1) u Artikolu 30(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)
2012/C 200/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JBF RAK LLC (Ras Al Khaimah, Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: B. Servais, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat, u minn N. Chesaites, barrister)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, M. França u G. Luengo, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010, tas-27 ta’ Settembru 2010, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (ĠU L 254, p. 10).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
JBF RAK LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011.
Full & Egal Universal Law Academy