14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2011 — LG Electronics vs UASI (DIRECT DRIVE)
(Kawża T-561/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DIRECT DRIVE - Raġunjieti assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv u nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 13/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics, Inc., (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea t’Isfel) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1027/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali DIRECT DRIVE bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
LG Electronics, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 05.02.2011.
Full & Egal Universal Law Academy