28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 — HTTS vs Il-Kunsill
(Kawża T-562/10) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bħala prevenzjoni mill-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proċedura fil-kontumaċja - Talba għal intervent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 25/96
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Kienzle u M. Schlingmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u Z. Kupčová, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
(2)
Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 huwa annullat sa fejn jikkonċerna HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH.
(3)
Sa fejn ir-Regolament Nru 961/2010 jikkonċerna HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping, l-effetti tiegħu għandhom jinżammu fis-seħħ matul perijodu li ma jistax jaqbeż xahrejn mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza.
(4)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping.
(1) ĠU C 46, 12.2.2011.
Full & Egal Universal Law Academy