21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2012 — ThyssenKrupp Steel Europe vs UASI (Highprotect)
(Kawża T-565/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Highprotect - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 118/42
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisbourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Ulrich, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1038/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Highprotect bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
ThyssenKrupp Steel Europe AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 19.02.2011.
Full & Egal Universal Law Academy