24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Bimbo vs UASI — Panrico (BIMBO DOUGHNUTS)
(Kawża T-569/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BIMBO DOUGHNUTS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DOGHNUTS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Talba għal tibdil - Ammissibbiltà)
2012/C 366/62
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Panrico, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 838/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Panrico, SA u Bimbo, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Bimbo, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-UASI.
(3)
Panrico, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 46, 12.02.2011
Full & Egal Universal Law Academy