7.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)
(Kawża T-570/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti WOLF Jardin u Outils WOLF - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Preġudizzju għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 200/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Environmental Manufacturing LLP (Stowmarket, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u M. Atkins, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société Elmar Wolf (Wissembourg, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 425/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société Elmar Wolf u Environmental Manufacturing LLP.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Environmental Manufacturing LLP hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 26.02.2011
Full & Egal Universal Law Academy