28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 12 ta’ Marzu 2014 – El Corte Inglés vs UASI – Technisynthese (BTS)
(Kawża T-592/10) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BTS - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti TBS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 129/20
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. López Camba u J. L. Rivas Zurdo, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo, E. Seijo Veiguela u I. Munilla Muñoz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Technisynthese SARL (Saint-Pierre-Montlimart, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1380/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Technisynthese SARL u El Corte Inglés, SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 12.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy