11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-594/10 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Rimbors tal-ispejjeż mediċi - Att li jikkawża preġudizzju - Rifjut impliċitu)
2012/C 243/34
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tas-6 ta’ Ottubru 2010, mogħti fil-Kawża Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-2/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
Id-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-2/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), huwa annullat.
(2)
Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 55, 19.2.2011.
Full & Egal Universal Law Academy