19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Eurocool Logistik vs UASI — Lenger (EUROCOOL)
(Kawża T-599/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali EUROCOOL - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti EUROCOOL LOGISTICS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ)
2013/C 304/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eurocool Logistik GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Secklehner u C. Ofner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement K. Klüpfel, sussegwentement K. Klüpfel u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Peter Lenger (Weinheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Pfefferkorn, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 451/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eurocool Logistik GmbH u Peter Lenger
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 451/2010-1) hija annullata sa fejn tikkonċerna s-servizzi, imsemmija fl-applikazzjoni għal trade mark, ta’ “żvilupp ta’ software għall-ħażna, il-kkummissjonar u t-trasport tal-merkanzija imkessħa u ffriżata”, li jaqgħu taħt il-klassi 42 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u is-“servizz ta’ aġenziji tas-spedizzjoni”, li jaqgħu taħt il-klassi 39 tal-imsemmi ftehim, kopert bit-trade mark preċedenti.
(2)
L-oppożizzjoni hija miċħuda sa fejn tikkonċerna s-servizzi msemmija fil-punt 1.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Eurocool Logistik GmbH, l-UASI u Peter Lenger għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.
(5)
L-UASI għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn Eurocool Logistik matul il-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.
(1) ĠU C 72, 05.03.2011
Full & Egal Universal Law Academy