24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Goutier vs UASI — Rauch (ARANTAX)
(Kawża T-13/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 282/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Klaus Goutier (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. E. Happe, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement B. Schmidt u R. Pethke, aġenti)
Parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Norbert Rauch (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Novembru 2009 (Każ R 1796/2008-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Norbert Rauch u Klaus Goutier.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy